IL- KUNĊERT ANNWALI TAL-BANDA FIL-FESTIVAL
Wara l-impenji numerużi tal-Banda Ċittadina La Stella matul is-sajf li għadda, il-Ħadd 18 ta’ Settembru reġgħu bdew isiru l-kunċerti bi preparazzjoni għall-Kunċert Annwali li jittella’ fit-Teatru Astra bħala l-attività finali tal-Festival Mediterranea 2011.
Għall-banda tagħna dan il-kunċert huwa wieħed importanti ħafna fil-kalendarju tal-attivitajiet mużikali. Għalhekk bdew it-tħejjijiet biex meta naslu għad-data tal-Kunċert Annwali, il-banda tkun tista’ ttella’ programm tal-għola livell, kif dejjem sar fil-passat. Il-preparazzjoni għal dan il-Kunċert Annwali qiegħda f’idejn is-Surmast Prof. Joseph Vella.
Il-kunċert imsemmi se jsir nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 2011 fis-7.30 pm u d-dħul huwa b’xejn.
Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku http://www.mediterranea.com.mt. Biex wieħed jibbukkja xi attività jista’ jikteb fuq [email protected] jew iċempel fuq 21550985 jew 79256897.