Join Us On:

News Archive

IL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA F’ISPRA L-ITALJA

Il-ġimgħa d-dieħla l-Grupp Folkloristiku Astra se jkun qed jipparteċipa fil-inawgurazzjoni tal-Presidenza Maltija fil-JRC Ispra 2017. Il-Grupp Folkloristku Astra jaf il-bidu tiegħu fl-1970 fejn matul is-snin kiseb numru kbir ta’ suċċessi kemm fuq ix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali.

Il-Grupp tal-Folk tagħna jippromwovi l-kultura, t-tradizzjoni, iż-żfin, l-kant u ħafna affarijiet oħra li jgħinu biex nibqgħu niftakru f’dan li konna, dak li għexna u dak li sawwar il-komunitajiet li għandna llum.  Għalhekk, parteċipazzjoni bħal din tagħmel ġieh mhux biss lis-Soċjetà Filarmonika La Stella, li minnha tagħmel parti, imma lil Għawdex u Malta kollha.

Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw il-vjaġġ u l-ħidma t-tajba lill-membri kollha tal-grupp, li attwalment huma mmexija mis-Sur Charles Sacco, biex bħalma dejjem għamlu jkomplu jżidu mal-kullana ta’ suċċessi miksuba.

15780757_1233409006725808_2679700561697048073_n official-ceremony-logo-png