Join Us On:

News Archive

IL-FESTA T’TAJBA !

IMG_2396

Illum il-Ġimgħa jiġi fi tmiemu t-tridu solenni u ssir id-dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ ta’ Vincenzo Cremona.  Fid-9pm se jindaqq l-innu Su Garzoni mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Jiehdu sehem il-Kor tat-Tfal Piccole Stelle taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard u s-solista Ruth Bezzina.  Baned għal lejla se jkollna lil La Valette tal-Belt Valletta u l-Banda Unjoni  ta’ Ħal Luqa.  Intat illum wieħed jista’ jakkwista mill-każin postcard speċjali maħruġa fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-125 sena kif ukoll il-ktieb/program tal-festa 2019.

Għada naturalment, ġurnata importanti ta’ Lejlet is-Solennità.  It-translazzjoni tibda fis-6.30m u wara jibda kunċert mill-Kings Own (taħt id-direzzjoni ta’ Dr John Galea). Għal xi 9.30pm il-Banda Ċittadina La Stella ddoqq l-innu l-kbir u wara marċ trijonfali mal-Kings Own bħala massed band.

Il-Ħadd imbagħad Jum is-Solennità – l-aktar ġurnata mistennija għalina l-Ġorġjani.  Il-Pontifikal jibda  fit-8.30am, il-marċ brijuż u popolari fil-11am u l-purċissjoni fis-7pm.  Filgħaxija tingħaqad magħna l-Banda Mnarja tan-Nadur fejn tagħmel program fi Pjazza San Ġorġ.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-għaqdiet kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu lis-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Viva San Ġorġ Martri !

(diversi ritratti meħudin mill-Facebook u Instgram)