Join Us On:

News Archive

IKLA SPARE RIBS B’RISQ L-GĦAQDA ŻGĦAŻAGĦ LA STELLA

Hekk kif matul din il-ġimgħa jintensifikaw il-provi tal-opra Lucia di Lamermoor u l-attività ġewwa t-Teatru Astra taqbad rittmu aktar m’għaġġel mis-soltu, l-Għaqda Żgħazagħ La Stella ser tkun qed torganniza ikla spare ribs b’risq il festa nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru ġewwa l-Każin tal-Banda La Stella. Biex tibbukkjaw ċemplu fuq 99274330 jew 79558478. Il-preżenza tagħkom tagħmlilna kuraġġ, kif ukoll attivitajiet bħal dawn iservu bħala fundraising b’ risq il-festi esterni tal-Festa ta’ San Ġorġ li ta’ kull sena iġibu magħhom spejjeż kbar sabiex ikunu jistgħu jiġu organizzati bl-akbar ġieħ u responsabbiltà.

thumbnail_ikla spare ribs