Join Us On:

News Archive

IFFURMAT IL-KUMITAT ĠENERALI 2010/11

Wara li nhar il-Ħadd li għadda, Paul Zammit ġie elett bħala l-President tas-Soċjeta’, il-bieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’, fejn kompla l-proċess biex ġie ffurmat il-kumitat kollu li ser iservi fit-tmexxija tas-Soċjeta’ minn issa sa Marzu 2011. Għal din il-laqgħa attendew l-għoxrin membru elett f’dan il-kumitat. Fetħet b’messaġġ mill-President Paul Zammit, fejn kien rikonoxxenti għall-ħidma kbira li saret mill-membri kollha fil-kumitat preċedenti, u tenna kemm kull membru f’dan il-kumitat irid issa jagħti s-sehem tiegħu biex lis-Soċjeta’ tagħna nkomplu mmexxuha ‘l quddiem. Wara dan l-indirizz mill-President, bdew jiġu nominati u ssekondati l-karigi kollha biex ġie ffurmat il-kumitat ġenerali:

President: Paul Zammit
Viċi President: George Borg
Segretarju: Dolindo Cassar
Assistent Segretarju: Michael Formosa
Kaxxier: Anthony Zammit
Kontrollatur Finanzjarju: George Cini
PRO: George Apap
Delegati Banda: Paul Cini; Joseph Farrugia
Arkivisti: Josef Camilleri; Aaron Cini

Kumitat Direzzjoni Banda: Silvio Cini (Segretarju); Clint Gatt (Kaxxier); George Apap; Francis Borg; Josef Camilleri; Aaron Cini; Paul Cini; James Grima; George Vassallo; Nathanael Zammit.

Diretturi Każin: George Vassallo; George Zammit
Delegat Armar: Ino Attard 

Fil-laqgħa tal-kumitat ġenerali li jmiss jiġu ffinalizzati karigi oħra. B’hekk issa tibda l-ħidma għal sena oħra – sena li bħal ta’ qabilha għandha ġġib quddiem is-Soċjeta’ tagħna numru ta’ sfidi u impenji, li żgur bis-sehem ta’ kull membru mill-kbir saż-żgħir f’kull fergħa tas-Soċjeta’, jirnexxielna nissuperaw u nonoraw bl-aħjar mod possibli.