Join Us On:

News Archive

ĠIEĦ IL-BELT VICTORIA LIL MONS. ALFRED XUEREB

Huwa ta’ pjaċir kbir nirrapurtaw li Monsinjur Alfred Xuereb ingħata Ġieħ il-Belt Victoria fil-jiem li għaddew meta kien qiegħed fostna għal xi jiem ta’ btala. Dan il-premju jingħata lil dawk iċ-ċittadini li jiddistingwu ruħhom jew li jagħmlu isem lill-Belt.  Il-premju ingħatalu uffiċjalment f’ċerimonja fil-preżenza tas-Sinku tal-Belt Victoria Dr. Samuel Azzopardi.
 
Monsinjur Alfred Xuereb twieled fil-Belt Victoria, Għawdex, fl-14 ta’ Ottubru 1958 u laħaq saċerdot fl-1984. Hu kompla javvanza fil-karriera tiegħu hekk kif fl-2007 il-Papa Benedittu XVI sejjaħlu biex jaħdem fis-Segreterija Partikulari tal-Qdusija Tiegħu. Mons. Xuereb huwa wieħed miż-żewġ segretarji personali tal-Qdusija tiegħu l-Papa. Huwa jgħix flimkien mas-segretarju l-ieħor fl-istess appartment ta’ Papa Benedettu XVI.
 
Awguri mill-qalb lil “Dun Alfred”, saċerdot mill-parroċċa tagħna li għamel unur mhux lilna biss imma lil Għawdex u Malta kollha.
 
(Ritratti: Joseph Zammit)