ĦATRA MPORTANTI GĦAL MONS. ALFRED XUEREB
Il-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Alfred Xuereb bħala Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. Id-digriet tal-ħatra ġie ffirmat riċentement mill-Papa.
Din is-segreterija l-ġdida għandha fir-responsabbiltà tagħha l-funzjonijiet ekonomiċi u amministrattivi kollha tas-Santa Sede u tal-Istat tal-Vatikan. Għandha wkoll l-istess livell ta’ dmirijiet u drittijiet bhal dik tas-Segreterija tal-Istat.
Naturalment din hija ħatra oħra mportanti ħafna li lilna l-Ġorġjani tagħmilna tassew kburin. Awguri Fr Alfred u l-ħidma t-tajba f’din ir-responsabbiltà l-ġdida !