Join Us On:

News Archive

ĦAREĠ IL-PROGRAMM TAL-FESTA

Kif kien mistenni ħareġ il-programm tal-festi speċjali f’ġieħ San Ġorġ Martri mill-Uffiċċju Parrokkjali biex wieħed ikun jista’ jsegwi minn kmieni l-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li hemm imħejjija.  Il-programm jista’ jiġi downloaded minn din il-link.

It-toroq ta’ Beltna issa bdew jilbsu l-libsa tant sabiħa tal-armar filwaqt li l-għaqdiet kollha jkunu għaddejjin ġirja wara l-ħin biex kollox jitlesta fil-ħin.  Dawn jinkludu l-Uffiċċju Parrokkjali, l-għaqdiet tal-Armar, Nar, Tiġrijiet taż-Żwiemel, Banda, pubblikazzjonjiet tal-festa, websites, feature awdjo-viżiv u ħafna affarijiet amministrattivi oħra.  Minn din il-ġimgħa se jkun għall-bejgħ ukoll ic-CD l-ġdid tal-marċi brijużi u jista’ jinkiseb mill-Bar tal-Każin La Stella.

Bħalissa wkoll għaddejjin bil-ġabra għall-festa.  Mingħajr l-għajnuna finanzjarja tagħkom il-festa ma tkunx tista’ ssir kif qegħda ssir bħalissa.  Għalhekk inkunu ġenerużi fl-għotja tagħna għal San Ġorġ, kulħadd b’dak li jista’ u li jiflaħ.  F’isem il-kumitat nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-għotja tagħkom.

Idħlu f’dan is-sit għal aktar aġġornamenti fil-jiem li ġejjin …

DSC_0024 DSC_0007 DSC_0020 DSC_0050_stitch DSC_0029 10384338_819630951393994_1628028165242214246_n