FESTA TAL-KUNĊIZZJONI FIL-BELT VICTORIA
Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru fil-Belt Victoria tiġi iċċelebrata l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni. Il-kommunità Franġiskana ilha torganizza din il-festa għal bosta snin, liema festa aħna l-Ġorgjani magħha nagħha sens ta’ apparteneneza kbira. Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, bħal għada t-Tnejn u t-Tlieta, jum is-Solennità, il-Banda Ċittadina La Stella kienet tkun impenjata b’żewġ servizzi, bħalma jiġri kull sena – naturalment meta t-temp ippermetta.
Din is-sena wkoll, il-Knisja ta’ San Franġisk ġiet imżejna għall-festi interni bil-ħruġ tal-vara kapulavur ta’ Salvatore Psaila, filwaqt li qed isiru l-attivitajiet marbuta mal-festi ta’ ġewwa bħat-tridu solenni. Aktar dettalji u xandiriet live wieħed jista’ jsegwihom fuq il-paġna tal-facebook ta’ Knisja ta’ San Franġisk fuq din il-link.
Minn din il-paġna nawguraw il-festa t’tajba lill-patrijiet Franġiskani, il-kommunità li tiffrekwenta din il-knsija u lil dawk kollha li jħossuhom parti minn din il-festa. J’Alla s-sena d-dieħla l-klima fejn tidħol is-saħħa pubblika tkun waħda aktar normali u allura jkun possibbli li bħala banda nagħtu s-sehem tagħna f’din il-festa għażiża.
Viva l-Immakulta Kunċizzjoni !