Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SAN PAWL ĠEWWA L-MUNXAR

Ftit tal-ħin ilu għadu kif intemm l-ewwel servizz tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf, sewwasew ġewwa r-raħal ċkejken tal-Munxar fejn tiġi iċċelebrata l-festa għad unur San Pawl missierna.

Il-Banda Ċittadina La Stella kienet mistiedna biex tagħmel marċ qasir matul it-toroq tar-raħal, fejn indaqqu numru ta’ marċi brijużi, kif ukoll l-eżekuzzjoni tal-innu l-kbir waqt il-ħruġ tal-istatwa.  Peress li s-Surmast Direttur Dr John Galea jinsab imsiefer fuq xogħol, iddirieġa l-banda l-assistent surmast Sigmund Mifsud.  Is-servizz intemm billi sar program fil-pjazza ewlenija tar-raħal.

Minn din il-paġna nawguraw il-kumplament tal-festa t’tajba lill-Munxarin kollha.

(Ritratti: Mario Muscat)