Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Qed nersqu viċin il-festa liturġika tal-festa ta’ San Ġorġ Martri fit-23 ta’ April fejn ġa tħabbar il-programm kollu, kemm fejn jidħlu festi nterni kif ukoll dawk esterni. Inħeġġu lill-Ġorġjani kollha biex jattendu għal dawn l-appuntamenti sbieħ kemm fil-knisja kif ukoll fuq barra.

Ta’ min jinnota l-ikla tradizzjonali tal-festa li se ssir nhar il-Ħamis 18 ta’ April ġewwa l-każin La Stella u l-marċ tal-festa li jitlaq minn Pjazza San Ġorġ u jispiċċa l-każin. Il-marċ jitlaq wara l-pontifikal solenni tal-festa. Narawkom!

F’din l-okkażjoni qed naqsmu magħkom filmat ta’ Carmelo Cremona dwar il-festi speċjali li kienu saru fl-2014 biex jitfakkar il-175 anniversarju mill-miġja tax-xbieha ta’ San Ġorġ Martri fostna.