FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ
Din il-ġimgħa se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur ta’ gżiritna. Naturalment din is-sena se nkunu qed niċċelebraw il-jum tat-23 t’April b’mod differenti peress li qed ngħixu sitwazzjoni partikolari minħabba il-pandemija tal-Covid 19.
Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ xorta waħda se jkunu qed isiru l-funzjonijiet. Dawn nistgħu insegwuhom permezz tal-Facebook jew fuq Youtube tal-parroċċa. Il-programm ta’ dawn il-jiem huwa dan:
Nhar il-Ħamis 23 t’ April f’nofsinhar, nhar jum San Ġorġ, se ssir produzzjoni awdjo-viżiva qasira minn fuq din il-paġna tal-Facebook tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Għalhekk għamlu appuntament magħna għal nhar il-Ħamis f’nofsinhar biex issewgu din il-produzzjoni.