Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Illum beda t-Tridu li jwassalna għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, nhar is-Sibt 23 ta’ April 2016.  Din is-sena t-Tridu se jagħmlu Dun Simon Cachia, saċerdot mill-parroċċa tagħna. Il-ħin tal-quddies tat-Tridu jkun fis-6pm u wara jsir il-kant tal-Innu, Kurunella u Litanija, u Barka Ewkaristika.

Il-Ġimgħa, 22 ta’ April, Lejlet is-Solennità fis-18:30  ikollna l-Għasar Pontifikali mmexxi mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana. Fis-19:30 isir ħruġ tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ fil-bieb tal-Bażilika u Vejla Solenni tal-Martirju ta’ San Ġorġ immexxija mill-Isqof Djoċesan.

Nhar is-Sibt imbagħad fin-12:30  ikun hemm l-ikla ta’ Jun San Ġorġ ġewwa l-każin li għalija nistiednu l-partitarji u parruċċani biex jibbukkjaw jew jixtru l-biljett mill-bar tal-każin.  Filgħaxija fis-18:30 jkollna it-tieni għasar u fis-19:00 tibda l-Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-festa mmexija mill-E.T. Mons. Mario Grech.  Wara l-pontifikal se jsir il-kxif u tberik ta’ Lapida f’ġieħ Patri Akkursju Xerri OFM fil-pjazzetta imsemmija għalih. Għal xi 21:00 imbagħad tibda dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ mill-Banda Ċittadina La Stella.

Fis-sala tar-radju Leħen il-Belt Victoria hemm ukoll wirja għaddeja BEATUS GEORGIUS fejn wieħed jista’ jara diversi statwi minjatura ta’ San Ġorġ u affarijiet artistiċi oħra relatati.

(Ritratt: Mario Casha)

DSC_0078