FESTA B’DIFFERENZA
Dawn il-jiem tat-tielet ġimgħa ta’ Lulju kienu ċertament inkunu differenti li kieku ma kienx hawn il-pandemija. Illum il-Ġimgħa, l-aħħar jum tat-tridu, konna nistennew bil-ħerqa d-dimostrazzjoni b’ San Ġorġ u nħarsu b’ħeġġa lejn l-appuntamenti tas-Sibt u l-Ħadd tal-festa. Imma din is-sena se jkollna nikkuntentaw mingħajr festi esterni u jekk noħorġu importanti li nimxu b’mod strett ħafna mad-direttivi mogħtija mid-dipartiment tas-saħħa pubblika.
Għalhekk, fiċ-ċirkostanzi, nippruvaw ingawdu dak li nistgħu billi nieħdu sehem għall-konċelebrazzjonijiet tal-jiem li fadal fil-Bażilika tagħna filwaqt li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha. Min ma jistax imur hemm il-mezzi tal-komunikazzjoni tas-social media li qed ixandru kollox dirett.
Nitolbu lil San Ġorġ jgħina fid-diffiultajiet tagħna ta’ kuljum speċjalment f’dan iż-żmien tal-pandemija.
Minn din il-paġna nixtiequ l-festa t’tajba lilkom kollha: parruċċani, partitarji, soċji, bandisti u dawk kollha li jħobbu l-festa tagħna.
Viva San Ġorġ Martri !