Join Us On:

News Archive

DUN SALV ĦALLIENA!

Illum il-Ħamis 27 ta’ Settembru 2007, Mons. Salv Borg, arċipriet emeritu tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, ħalla din id-dinja, wara marda qalila. Huwa ħalliena għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ wara nofsinhar fl-isptar San Luqa, fejn hemm kien imdawwar bil-familjari kollha tiegħu.

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tixtieq tingħaqad mal-familja kbira Ġorġjana, kif ukoll ma’ dawk il-ħafna Għawdxin u Maltin li b’xi mod jew ieħor kienu jafuh, biex tagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Mons. Borg.

Minn hawn nixtiequ nsellmu lil dan is-saċerdot li minbarra li mexxa l-parroċċa tagħna għal madwar tnax-il sena, f’dawn l-aħħar snin kien ukoll direttur spiritwali tas-Soċjetà tagħna.

Il-funeral tiegħu ser isir nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru fil-5.00pm.

AGĦTIH, O MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM, ID-DAWL TA’ DEJJEM JIDDI FUQU.

INSELLMULEK, MAĦBUB DUN SALV!

TIBQA’ F’QALBNA GĦAL DEJJEM!

(ritratti: Kan. Felix Tabone; Joe Attard)