DEVOZZJONI, SOLENNITA’ U STORJA
Il-bieraħ 21 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, mill-Proto-Parroċċa tal-Belt u l-Gzira ħarġet għal darba oħra l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li fiha pparteċipat il-Banda Ċittadina La Stella. Purċissjoni storika, li taf l-oriġini tagħha qabel l-1788, xhieda ta’ dan hu l-aspett devozzjonali u tradizzjonali li hu minsuġ fil-format uniku u prezzjuż tagħha.
Il-Banda La Stella taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella esegwiet marċi funebri mis-sett li ġie mżanzan fl-2010 u marċi oħra ta’ l-istess Vella u eks surmast Giuseppe Giardini Vella.
Ħajr speċjali jmur lill-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li kkordina l-organizzazjoni ta’ din il-purċissjoni sa lanqas dettall, li fiha pparteċipat ukoll l-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat ta’ Malta li mmarċjat quddiem il-vara ta’ l-Orazzjoni fl-Ort.
L-appuntamenti li jmiss tal-Banda La Stella huma għal Ħadd il-Għid fejn il-Banda tmexxi d-dimostrazzjoni tradizzjonali ta’ Kristu Rxoxt li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ li ssellem il-jum ta’ l-Għid l-Kbir. Wara nofs in-nhar il-Banda Ċittadina La Stella ser iddoqq ukoll fil-Parroċċa tal-Fontana.
Dan l-aġġornament jinkludi ritratti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li saret il-bieraħ li ttieħdu minn Joe Attard.