BIDU TA’ SENA OĦRA GĦALL-ASMT
F’Ottubru se terġa tiftaħ sena akkademika oħra tal-ASMT. Il-lezzjonijiet jinkludu taħlita ta’ kant, żfin u drama, ingredjenti neċessarji biex wieħed ikun jista’ jipparteċipa f’musicals li jsiru fit-teatri. Għal dan il-kors l-ASMT qabbdet għalliema kwalifikati ħafna u persważi li din is-sena se terġa tkun sena oħra ta’ suċċess.
Għalhekk, dawk kollha interessati jistgħu japplikaw billi jimlew il-formula annessa u jwassala sat-Teatru Astra jew jibgħata email fuq [email protected].