BIĊĊA XOGĦOL ĠDIDA TAS-SURMAST PROF. JOSEPH VELLA
Dan l-aħħar is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella, l-Prof. Joseph Vella, ġie kkumissjonat jikteb quddiesa minn Mro Carmel Grech. Il-quddiesa, ntitolata Missa Romani Pontefici Benedicti XVI ġiet kompluta f’April li għadda. Il-quddiesa tinkludi fiha kantanti solisti, kor kif ukoll l-orkestra. Din il-biċċa xogħol tal-Prof Vella hija ddedidata lil ħu s-Surmast Grech, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana. Xi jiem ilu s-Surmast Vella ppreżenta formalment kopja tax-xogħol tiegħu lil Mons. Mario Grech. Prosit tassew ta’ din il-biċċa xogħol li ċertament se tkun suċċess ieħor fil-kullana ta’ suċċessi personali tal-Prof. Vella.