BBQ B’RIZQ L-GĦAQDA TAL-ARMAR
L-Għaqda Armar San Ġorġ Martri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella se torganizza BBQ fejn il-Breakwater ġewwa Marsalforn. L-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta ‘ Settembru fit-8pm. Inħeġġu l-partitarji tagħna jipparteċipaw u b’hekk ikunu qed jgħinu biex tkompli tikber il-festa ta’ San Ġorġ. Niftakru li x-xogħol għall-festa jsir matul is-sena kollha. Nhar il-festa li ġejja huwa 17 ta’ Lulju 2016 u għalhekk baqa’ “biss” 291 ġurnata ! Ara d-dettalji fil-poster biex wieħed ikun jista’ jibbukkja.