AWGURI TAL-GĦID IL-KBIR
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq testendi l-awguri ta’ l-Għid lil dawk kollha li jsegwu dan is-sit, partitarji tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u ammiraturi mxerrdin mal-gzejjer Maltin u barra.
Il-Banda La Stella dalgħodu sellmet lil Kristu Rxuxtat waqt id-Dimostrazzjoni Reliġjuza, li ħarġet mill-Bażilika Proto-Parrokkjali ta’ San Ġorġ fi sbieħ il-jum kif isir tardizzjonalment fil-parroċċi prinċipali ta’ pajjiżna. Il-Banda La Stella esgwiet l-valzi li hu repertorju ieħor ta’ marċi fl-arkivji tas-Soċjeta’ La Stella li jindaqqu biss f’din l-għodwa importanti għall-Knisja Kattolika.
Il-ġimgħat li għaddew kienu ġranet impenjattivi ħafna għas-Soċjeta’ La Stella u l-entitajiet tagħha – b’żewġ produzzjonijiet tal-musical Għaliex Jien?, marċ funebri li akkumpanja l-istatwa l-ġdida ta’ Ġesu’ marbut mal-Kolonna u kunċert grandjuz ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, minbarra s-sehem distint tal-Banda fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.
Illejla l-Banda La Stella għal darba oħra ġiet mistiedna biex tieħu sehem fid-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt fil-Fontana.