AWGURI DUN FABIO !
Wara l-kunċert tal-bieraħ, dalgħodu fil-11.00am se ssir konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr għall-Ġublew Presbiterali tal-Fidda ta’ Dun Fabio Attard SDB, saċerdot bin il-parroċċa tagħna.
Il-bieraħ sar kunċert fejn kantaw il-kor Laudate Pueri, kif ukoll Quartetto tal- Cappella Pontificia Sistina taħt id-direzzjoni tal-Can. George Frendo u Mgr Massimo Palombella SDB rispettivament.
Dun Fabio għandu kariga għolja ħafna fit-tmexxija tas-Salezjani fejn fi kliemu stess jrid jkun ta ‘ ispirazzjoi għall-16000 Salezjan mqassma f’132 pajjiz. Huwa gradwat ukoll fit-Teoloġija Morali mill-Università Alfonsianum ta’ Ruma. Dun Fabio huwa iben il-mibki Ġorġ Attard, President tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ bejn l-1983 u l-1987
Minn din il-paġa nixtiequ nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju.