Join Us On:

News Archive

AVVENIMENTI GĦAL JUM SAN ĠORĠ 2013

celebrating st georges day 2013    ikla san gorg april 2013

L-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella,  se tkun qed torganiżża żewġ attivitajiet soċjali f’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Ġorġ 2013. L-ewwel fost dawn iż-żewġ avvenimenti huwa party kbir f’Villa Arches, miftuħ għal kull min jixtieq jingħaqad maż-żgħażagħ Ġorġjani fil-ferħ li jġib miegħu Jum San Ġorġ.  Il-biljetti għal din l-attivita’ ħarġu għall-bejgħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u jidher li hemm ħeġġa kbira, partikularment fost iż-żgħażagħ tagħna, għal din l-attivita’. Dan jidher mill-fatt li diġa nbiegħu numru sabiħ ta’ biljetti. Il-biljetti jiswew €5 u jistgħu jinkisbu mill-bar tal-każin La Stella, minn Kafe’ San Ġorġ, minn Grapes Wine Bar jew mingħand il-membri tal-Għaqda tal-Armar.

It-tieni attivita’ hija waħda li llum il-ġurnata ġiet stabbilita fil-kalendarju tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella.  Bħalma seħħ f’dawn l-aħħar sitt snin, din is-sena wkoll, l-Għaqda tal-Armar qed torganiżża l-Pranzu ta’ Jum San Ġorġ fis-sede tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, nhar it-Tlieta, 23 ta’ April, fin-12.30pm.  Huma ħafna dawk li jsegwu d-drawwa sabiħa li jħarsu l-jum tat-23 ta’ April, u parti kbira mis-suċċess dejjem jikber li din l-attivita’ ġġib magħha huwa dovut lilhom.  Il-biljetti għall-Ikla ta’ Jum San Ġorġ jistgħu jinkisbu mill-każin La Stella, mingħand il-membri tal-Għaqda tal-Armar, minn Vajringa Supermarket jew minn Ta’ Salvina Discount Store.