ANY DREAM WILL DO !
Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra ġiet imtella b’suċċess kbir l-ewwel serata tal-musical ta’ Andrew Lloyd Webber u Tim Rice, Joseph and The Amazing Technicolor Dreamcoat. Prosit tassew lil dawk kollu li taw kontribut biex il-livell tal-musical fit-Teatru Astra kompla jikber wara s-suċċessi fit-tliet snin li għaddew.
Il-kummenti u l-applawsi kontinwi tan-nies kienu tassew inkoraġġanti u dan jawgura tajjeb mhux biss għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet li fadal, illum u għada, imma anke għall- futur. Prosit kbir imur lit-tliet protagonisti, Thomas-Chantelle-Chris fir-rwoli rispettivi tagħhom ta’ Joseph-Narrator-Pharaoh, lill-bqija tal-kantanti u żeffiena, lill-kor tat-tfal tat-Teatru Astra u lill-Creative Team stupend tagħna, kompost minn Chris Gatt (Direttur), Mro Sigmund Mifsud (Direttur Mużikali), Mariella Spiteri Cefai (Direttriċi tal-Kant -Solisti u Kor), Francesco Nicodeme (Korejografija) , Christabel Bajada (Assistenta fil-Korejografija), Sylvana Cini (Direttriċi tal-Kor tat-Tfal), Miriam Attard u George Camilleri (Kostumi) u Johnny Micallef (Kostruzzjoni tax-xenarju fuq il-palk). Ma’ dawn iridu jiżdiedu ħafna aktar nies li ħadmu fis-sound, dwal u fid-diversi sezzjonijiet oħra fl-amministrazzjoni, organizzazzjoni u loġistika.
Ma hemmx dubju li t-Teatru Astra bena isem fil-live musicals f’Malta u Għawdex. Xhieda ta’ dan hija l-konkorrenza tal-pubbliku li għal darba oħra se jkun qed joħnoq it-Teatru Astra għat-tliet serati.
Din il-produzzjoni ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, Ministeru tat-Turiżmu u diversi entitajiet oħra governattivi kif ukoll privati.
UPDATE 1/4/2019
Din hija l-lista ta’ dawk kollha involuti f’din il-produzzjoni. Prosit tassew !
Isfel: Ritratti ta’ Joe Attard