Join Us On:

News Archive

ĦALLIENA L-KAN. ĠWANN SCICLUNA

Illum, il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2010 tħabbret il-mewt ta’ saċerdot mill-aktar maħbub fil-parroċċa tagħna: il-Kan. Ġwann Scicluna. Huwa miet dalgħodu fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

Dun Ġwann, kif ilkoll konna nafuh ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ April 1956. Għal numru twil ta’ snin għallem ir-Reliġjon fl-iskejjel sekondarji fir-Rabat Għawdex u serva wkoll bħala chaplain tas-Sorijiet tal-Karita’ fil-belt Victoria. Fuq kollox, lil Dun Ġwann nibqgħu niftakruh bħala wieħed mill-aktar konfessuri attivi fil-bażilika ta’ San Ġorġ u f’numru ta’ parroċċi oħra fi gżiritna. 

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, li tagħha huwa kien ammiratur kbir, tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha tal-parroċċa ta’ San Ġorġ biex issellem lill-Kan. Ġwann Scicluna.

Għada s-Sibt tingħata l-aħħar tislima lill-Kan Ġwann Scicluna,
Fis-2.30pm: Il-fdalijiet tal-Kan. Scicluna ser ikunu esposti fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani fi Triq Palma.
Fit-3.30pm: Jitlaq il-korteo minn quddiem il-knisja tas-Sorijiet Franġiskani akkumpanjat mill-kleru u l-kapitlu tal-Kolleġġjata Ġorġjana. Il-korteo jgħaddi lejn Triq ir-Repubblika, pjazza Indipendenza u pjazza San Ġorġ.
Fl-4.00pm: Tibda l-quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.