Join Us On:

News Archive

JOSEPH CALLEJA JIRRAKKOMANDA L-OPRA LUCIA DI LAMMERMOOR

It-tenur ċelebri Malti Joseph Calleja illum għamel kumment fuq il-paġna tal-facebook tiegħu fejn qal:

“In dark times we must turn to culture and support what makes us human. Do not miss this Lucia at #TeatruAstra in Gozo – “

Ninsabu onorati li t-tenur ta’ fama internazzjonali ippropona l-opra Lucia di Lammermoor li se ssir fit-Teatru Astra l-ġimgħa d-dieħla. Dan kien kumment li t-tenur Joseph Calleja għamel biex f’mument partikolari ta’ pajjiżna l-poplu jfittex aktar l-affarijiet kulturali li ċertament joħorġu l-isbaħ karatteristiċi tal-bniedem u jippromwovu l-għaqda fost in-nies.

Min- naħa tagħna, nassiguraw li l-opra se tkun waħda ta’ livell għoli b’ kantanti tajbin, xenarju uniku u kostumi kollha tal-epoka.  Dan kollu se jiżżewwaq b’effetti teknoloġiċi u dwal kif jaf jagħmel id-direttur artistiku tagħna Enrico Stinchelli. Il-produzzjonijiet tal-aħħar snin huma xiedha ta’ dan.

L-orkestra nazzjonali ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof Joseph Vella, li naturalment ma għandu bżonn ebda introduzzjoni !  Din hija t-tieni darba li l-Professur Vella se jidderieġi Lucia di Lammermoor fit-teatru tagħna wara l-ewwel produzzjoni fl-1988.

Għal booking wieħed jista’ iċempel fuq 21550985 jew jixtri l-biljetti onlajn fuq www.teatruastra.org.mt jew www.ticketline.com.mt.

Capture