IMĦABBRA T-TIELET RAPPREŻENTAZZJONI TA’ EVITA
It-Teatru Astra għadu kemm ħabbar it-tielet rappreżentazzjoni tal-musical Evita ppjanata għat-2 ta’ April 2017 fit-3.30pm. Dan wara li ġie reġistrat interess inkoraġġanti f’ dan il-musical ċelebri ta’ Andrew Lloyd Webber.
It-tielet show tat-2 t’April, flimkien ma dawk ġa skedati fil-25 u 31 ta’ Marzu, u l-ismijiet tal- atturi prinċipali ġew imħabbra waqt konferenza stampa f’ St James Cavalier il-Belt Valletta fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dott. Anton Refalo. Il-konferenza giet indirizzata ukoll is-Surmast Sigmund Mifsud, direttur mużikali ta’ Evita, Chris Gatt u Jean Marc Cafà, diretturi artistiċi, u Michael Formosa, ċermen tal-kumitat organizzattiv fit-Teatru Astra.
Il-Ministru Refalo qal li produzzjonijiet ta’ dan il-livell ikomplu jgħinu ekonomikament il-gżirata’ Għawdex li f’dawn l-aħħar snin kellha numru rekord ta’ turisti. Il-Ministru Refalo sostna li Teatru Astra ikkontribwixxa ghal dan is-success, ghaliex qed jaghmel lil Ghawdex aktar atraenti, permezz ta’ l-attivitajiet kulturali ta; livell gholi li jorganizza, fosthom l-opra, l-kuncert RockAstra u mis-sena li għaddiet il-musicals. Xhieda oħra ta’ dan is-suċċess huwa l fatt li ser ssir it tielet rappreżentazzjoni ta’ Evita. Huwa kkonkluda billi feraħ lit-Teatru Astra u n-numru kbir ta’ voluntiera involuti f din il-produzzjoni.
Is-Surmast Mifsud irrefera għall-opportunità li produzzjoni bħal Evita qed tagħti lil dawk interessati jkollhom esperjenza fil-qasam tal-musicals. Huwa faħħar dawn l-inizjattivi ambizzj-użi li jevokaw l-produzzjonijiet popolari tal-West End u Broadway. Mro Mifsud semma li għal dan il-musical se jikludi cast ċelebri u ta’ esperjenza li jikludi lil Cathy Lawlor fil-parti ta’ Evita, Edward Mercieca li ser jinterpreta il-karattru ta’ Peron u Joseph Zammit fil-parti ta’ Che.
Michael Formosa, Segretarju Amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, sostna t-TeatruAstra hu inkoraġġġit mir-rispons tal-pubbliku għal Evita, li jikkonferma l-kontribut imporanti li s-Soċjeta Filarmonika La Stella qed taghmel fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna. L-esperjenza pożittiva tal-musical Grease, l-ewwel musical live li ttella fit-Teatru Astra f’April tal-2016, wassal biex twaqqfet l-Astra School of Musical Theatre, immexxija minn għalliema professjon-ali, li jħarrġu lill-istudenti fil-ħiliet taż-żfin, kant u reċtar. Is- Sur Formosa spiċċa billi rringrazzja l-Ministeru għal Għawdex u l-azjendi privati li qed joffru għajnua lil din il-produzzjoni, li sejjħilha bħala investiment fil-qasam kulturali u kummerċjali ta’ pajjizna.
Wara s-suċċess tas-sena l-oħra b’Grease, id-direttur artistiku Chris Gatt esprima s-sodisfazzjoni tiegħu u l-isfida li produzzjoni bħal din iġġib magħha. It-Teatru Astra huwa post ideali għal produzzjoni epika bħal Evita. Gatt huwa kuntent ferm li din is-sena l-musical se jkun qed jagħmel użu mill-esperjenza u kapacita li għandu dan it-teatru fil-qasam operistiku, bl-użu ta’ kor kbir. Huwa kkonkluda li huwa impressjonat bl-impenn, l-entużjażmu u d-dedikazzjoni tat- tim ta’ Teatru Astra li flimkien mal-esperjenza tat-trio magħmul minn Edward Mercieca, CathyLawlor u Joseph Zammit, għandom jiggaranixxu serata mill-aqwa.
Evita hija produzzjoni tat-Teatru Astra u l-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ bis-support ta’ Studio 18 u l-Ministeru għal Għawdex. Evita se jsir nhar il 25 u 31 ta’ Marzu fit-20:00 u fit-2 t’April 2917 fit- 15:30. Dan il-musical għandu s-support ukoll tal-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari Għad-Drittijjiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, Quaint Boutique Hotels, The General Softdrinks Co Ltd u Izibet.
Wieħed jista’ jibbukkja fuq www.ticketline.com.mt jew mit-Teatru Astra jew iċempel fuq 99021591. Aktar informazzjoni fuq [email protected].
(Press conference photo by Matthew Cutajar) (Title photo by DOI – Kevin Abela)