Join Us On:

News Archive

IL-KUNĊERT ANNWALI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

JMJ_9816

Attività importanti f’Festival Mediterranea, li issa wasal fit-13 –il edizzjoni tiegħu, hija l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella fit-Teatru Astra li ha jsir fit-Teatu Astra nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru 2014. Il-kunċert jibda fis-7.30pm u d-dħul għalih huwa b’xejn.

Il-kunċert sinfoniku se jsir minn banda ta’ 70 membru, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella. Din l-attività hija meqjusa bħala waħda mill-aktar importanti fil-kalendarju tal-Banda Ċittadina La Stella. Il-Banda se tkun qed tinterpreta varjazzjoni ta’ mużika klassika, semi-klassika u sinfonika, liema mużika tkun tant mistennija mid-dilettanti fil-gżira Għawdxija. Il-programm jinkludi kompożizzjonijiet ta’ Amilcare Pochielli, selezzjoni minn Il Pescatore di Perle ta’ Georges Bizet, biċċa ta’ Jacob de Haan, Franz Schubert, Joseph Perry u John Miles. Il-Banda Ċittadina La Stella se tinterpreta wkoll Pezzo Sinfonico, kompożizzjoni tas-Surmast Direttur il-Prof. Joseph Vella u kompżizzjoni oħra tal-kompożitur lokali Ray Sciberras.

Dawk li se jingħaqdu mal-Banda Ċittadina La Stella fit-Teatru Astra għandhom ikunu f’posthom sas-7.15pm. Il-postijiet se jittieħdu fuq bażi first-come first-served. Aktar informazzjoni fuq www.mediterranea.com.mt jew lastella.com.mt.mt jew bit-telefon fuq 21550985.

Dan il-kunċert ħa jkun qed iqarribna lejn tmiem it-13 –il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea li huwa organizzat minn numru ta’ voluntiera fi ħdan it-Teatru Astra. Il-festival beda fit-23 ta’ Ottubru bl-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Nabucco ta’Giuseppe Verdi, li kienet suċċess kbir.

Teatru Astra huwa megħjun mill-Gvern permezz tal-Cutural Partnership Agreement. Entitajiet oħra li jagħtu l-għajnuna tagħhom huma Citadel Insurance, General Softwdrinks u l-Kunsill tal-Belt Victoria.

(Ritratt: Joe Attard)