BANDIST TAL-BANDA LA STELLA MOGHTI L-PREMJU QALB TAD-DEHEB
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lil Ino Attard, Bandist tal-Banda Ċittadina La Stella li l-bieraħ, 15 ta’ Frar ġie mogħti il-premju Qalb tad-Deheb waqt ċerimonja li saret fiċ-Ċentru tal-Familja Ta’ Kana. Ino f’Ottubru tal-2013 għamel intervent mediku li permezz tiegħu kilwa giet mogħtija lill-ommu.
Il-preżentazzjoni saret mill-ET Il-President ta’ Malta Dr George Abela. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm l-Onor. Ministru għall-Għawdex Dr Anton Refalo, l-ET Mons Mario Grech Isqof ta’ Għawdex u mistednin distinti oħra. It-tħabbira tar-rebħ tal-premju saret minn Dr Paul Pisani, Chairman tal-Kumitat tal-għażla. Is-serata li inkludiet ukoll siltiet vokali mill-Chorus Urbanus, kienet ppreżentata mill-Kavallier Joe M Attard.
Is-Soċjetà La Stella ssellem lill-familja Attard fl-okkażjoni ta’ dan ir-rikonixximent li jimmarka ġest erojku u eżemplari li jagħmel unur ukoll lis-Soċjetà Filarmonika La Stella.