Join Us On:

News Archive

RECORDING TAC-CD MILL-BANDA TAGĦNA

JMJ_9816

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella ilha għaddejja għal bosta ġimgħat bit-tħejjija tagħha għar-recording taċ-CD tal-Ġimgħa l-Kbira jew kif magħrufa tal-marċi funebri.  Din is-sena se tkun impenjattiva ħafna għall-banda tagħna peress li se jsiru żewġ recordings ta’ CDs (l-ieħor tal-brijużi ser isir f’April li ġej), l-kunċerti li għandna ppjanati, kif ukoll n-numri kbir ta’ servizzi li għandna matul is-sajf li ġej.  Il-qofol naturalment jintlaħaq fil-festa ta’ San Ġorġ f’ Lulju peress li din is-sena qed infakkru l-anniversarju tal-175 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, kapulavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi fl-injam, u l-ewwel statwa titulari f’Għawdex.

Naturalment dwar dan kollu nżommukom aġġornati aktar ‘l quddiem.

DSC_0020