Join Us On:

News Archive

L-ISTRINA 2013 FIT-TEATRU ASTRA

POSTER A4 UPDATE 2

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra.  Il-kumitat inkarigat ġa ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco,  flimkien mal-Banda Ċittadina La Stella.  Għal din l-okkażjoni l-banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Sigmund Mifsud. Matul is-serata se jkun hemm kollegamenti live waqt il-maratona l-Istrina 2013 fuq it-televiżjoni.

Parteċipanti oħra jinkludu l-bands popolari The Tramps, Cash & Band, Melanie & Band u diversi skejjel taż-żfin fosthom: Yada Dance Company, Centre Stage Academy, Powerhouse u Dance Cradle.  Se jkun hemm il-parteċipazzjoni wkoll tal-kor Laudate Pueri, il-kor tat-tfal Piccole Stelle u La Stella Dramatic Company.

L-attivitajiet fit-Teatru Astra se jibdew mit-3.00 ta’ wara nofsinhar b’diversi items fil-foyer tat-teatru fosthom divertiment għat-tfal, Mini Christmas Market u affarijiet oħra.  L-ispettaklu  taż-żfin, drama, mużika u kant ikun bejn il-5pm u d-9pm.  Id-dħul għall-ispettaklu se jkun b’xejn.