Join Us On:

News Archive

ĦARĠA GĦAL MALTA GĦALL-KUNĊERT ROCKESTRA

rockestra to malta

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, qed
jorganiżża ħarġa għal Malta nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru, filgħaxija,
għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Rockestra.

Minbarra li dan l-avveniment illum il-ġurnata kiseb popolarita’ kbira fost
il-Maltin u l-Għawdxin, huwa spettaklu mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro
Sigmund Mifsud li ċertament ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni
fis-Soċjeta’ La Stella wara li f’Ġunju li għadda dderieġa lill-banda tagħna
fl-ewwel edizzjoni ta’ RockAstra.

Ser immorru mal-vapur tas-6.00pm u niġu lura ma’ dak ta’ 11.45pm.
Il-biljetti għal din il-ħarġa jiswew €20, u dan il-prezz jinkludi l-biljett
tal-kunċert u t-trasport miċ-Ċirkewwa u lura.

Kull min hu interessat huwa mħeġġeġ jakkwista l-biljetti tiegħu mill-każin La
Stella kemm jista’ jkun malajr, peress li n-numru ta’ postijiet huwa wieħed
limitat ħafna, jew inkella jirriservahom billi jċempel fuq 99021591.