IĦALLINA S-SUR ĠUŻEPPI FARRUGIA
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu u b’dispjaċir tħabbar li s-Sur Ġużeppi Farrugia, membru tal-Kumitat tal-istess Soċjetà ħalla din d-dinja biex imur jiltaqa m’Alla fil-ħajja eterna. Ix-xbieha ta’ Ġużeppi tibqa f’moħħna quddiem il-Banda La Stella fis-servizzi matul s-sena. Is-sehem ta’ Ġużeppi kien ukoll importanti fil-ħajja tal-Każin u t-Teatru Astra fejn ma kien jonqos qatt milli jagħti daqqa t’id kullfejn hemm bżonn.
Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tiegħu. Il-Funeral tiegħu se jsir nhar il-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2012 fl-4.00 pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Fit-3.30 pm Il-Banda La Stella se takkumpanja l-korteo minn Triq ir-Repubblika, r-Rabat Għawdex sal-Bażilika.