Join Us On:

News Archive

IKOMPLI FESTIVAL MEDITERRANEA 2012

Nhar is-Sibt li ġej għandna żewġ attivitajiet importanti ta’ Festival Mediterranea 2012. Filgħodu se ssir il-lecture on site mill-artist u lecturer Mark Segona, On the Trails of Giuseppe Cali. Tluq minn quddiem it-Teatru Astra fid-9.00 am. Għal din l-attività booking huwa neċessarju.
Filgħaxija imbagħad għandna attività għall-qalb is-Soċjetà Filarmonika La Stella, il-kunċert tas-Solisti tal-Banda tagħna La Stella Brass Ensemble & Soloists fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia fit-8.00pm.
Intant is-Sibt li għadda kellna attivitajiet oħra interessanti. Saret lecture mill-Professur Mallia Milanes dwar is-soċjetà u l-ekonomija fi żmien l-Ordni, filwaqt li filgħaxija kellna l-kunċert ta’ Nicholas McCarthy li għalih attendew ħafna nies.
Dan kollu jwassalna biex fis-17 ta’ Novembru fis-7.30pm ikollna l-kunċert annwali mill-Banda La Stella, The Annual Grand Concert. Dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn u huwa mistieden kulħadd.