Join Us On:

News Archive

WASLET IN-NORMA … JIFTAĦ IL-FESTIVAL

Kollox jinsab lest biex jiftaħ il-Festival Mediterranea 2011 bin-Norma ta’ Vincenzo Bellini.  L-opra tibda fis-7.30pm, għalhekk importanti li kulħadd ikun f’postu minn qabel.  Mhux se jitħallew nies jidħlu wara l-ħin indikat.

Dawn il-ġranet kienu ferm impenjattivi għal dawk kollha nvoluti minħabba l-preparamenti li titlob opra bħal din.  Provi sa tard bil-lejl, u ħafna ssettjar ta’ dwal, xeni, kostumi …

Il-livell tas-solisti huwa għoli ħafna u dan se jkunu jistgħu japprezzawh dawk kollha li se jingħaqdu magħna fit-Teatru Astra għal esperjenza ta’ mużika u arti mill-aqwa.  Mid-din il-paġna nawguraw lil dawk involuti l-ħidma t-tajba !