Join Us On:

News Archive

NHAR IL-ĦADD IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar, ser tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella. Din il-laqgħa ġġib fi tmiemha sena sħiħa ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali, is-sotto-kumitati u s-sezzjonijiet kollha fi ħdan l-istess Soċjeta’. Fil-fatt f’din il-laqgħa jingħata rendikont tal-ħidma kollha li saret f’kull fergħa tas-Soċjeta’. 

ll-laqgħa tiftaħ bħas-soltu bl-indirizz mill-President tas-Soċjeta’, Dr Joseph Grech. Wara jkun imiss li jinqara r-rapport finanzjarju mis-sur George Cini u jsegwi r-rapport amministrattiv imħejji mis-segretarju, is-sur Michael Formosa. Aktar tard imbagħad ikun hemm ħin għal diskussjoni mill-membri preżenti. 

Fl-aħħarnett tiġi maħtura l-kummissjoni elettorali li tmexxi l-proċess għall-elezzjoni tal-kumitat ġenerali 2010/11 u għall-elezzjoni tal-president tas-Soċjeta’. Din il-kummissjoni tibda’ tilqa’ n-nomini matul il-ġimgħa d-dieħla.

Għal din il-laqgħa huma mistennija jattendu l-bandisti residenti kollha u l-membri tal-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’.

Il-laqgħa tibda fl-10.00am, fil-każin La Stella.