Join Us On:

News Archive

BARNEY FIT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra għal darba oħra sa jkun fiċ-ċentru ta’ bosta attivitajiet, hekk kif is-sena l-ġdida twiegħed aktar spettaklu uniku minn fuq il-palk tagħha. Din id-darba sa jattira l-udjenza ta’ età żgħira u l-ġenituri. Dan għaliex sa ssir show spettakulari li fiha sa jkun hemm il-karattru ta’ Barney, ferm popolari mat-tfal. Din ix-show qed tittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Star Promotions, Curtain Raiser Entertainment, Premier Stage Productions u Hit Entertainment. L-ispettaklu sa jittella’ nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2009, fit-3.00pm. Inħeġġu lilkom, qarrejja, biex tieħdu lit-tfal jew in-neputijiet tagħkom għal din is-show unika li sa’ tittella’ fit-Teatru Astra, li hekk qed jissokta jżomm postu quddiem nett biex itella’ jew jospita produzzjonijiet li jappellaw għaċ-ċrieki kollha tas-soċjetà. F’dawn l-aħħar ftit xhur rajna diversi attivitajiet ta’ kalibru għoli, fejn fost l-oħrajn rajna l-eżekuzzjoni inkomparabbli ta’ l-opra Turandot, il-kunċert ta’ Amadeo Minghi bis-sehem tal-kor tal-bażilika Laudate Pueri, kif ukoll lill-banda ċittadina u dekana La Stella bil-kunċert annwali tagħha. Aktar tagħrif jinkiseb minn www.curtainraiser.org jew b’email lil [email protected], inkella billi wieħed iċempel fuq 79 5500 58.