SEHEM FIL-KARNIVAL REĠJONALI T’GĦAWDEX
Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella pparteċipati fil-Karnival reġjonali t’Għawdex billi diversi membri tagħha mill-Għaqdiet tan-Nar u tal-Armar għamlu sett ta’ maskri grotteski. Il-maskri sehem matul il-jiem tal-karnival, naturalment sakemm it-temp ippermetta. Prosit tassew li dawn il-membri għax-xogħol kreattiv li għamlu.
Prosit imur ukoll lill-Kor Piccole Stelle li wkoll ha sehem fl-attivitajiet tal-Karnival. Kien appuntu nhar is-Sibt 1 ta’ Marzu waqt il-Karnival tat-Tfal fejn it-tfal tal-Kor tagħna taħt it-tmexxija ta’ Ms Mariella Spiteri Cefai kantaw fi Pjazza Indipendenza r-Rabat.