Join Us On:

BANK OF VALLETTA U T-TEATRU ASTRA JNIEDU FESTIVAL MEDITERRANEA 2013

DSC_6471 DSC_6474Miriam_Cauchi Badri_Maisuradze_Otelo 94440

Illum il-Ħamis 10 ta’ Ottubru t-Teatru Astra flimkien mal-Bank of Valletta nieda t-tnax –il edizzjoni ta’ Fesitval Mediterranea, kollaborazzjoni kulturali ġewwa l-gżira Għawdxija, li issa ilha għaddejja b’suċċess għal numru ta’ snin.

Il-festival ġie mniedi uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, s-Sur Charles Borg u mic-chairman tal-Festival Mediterranea is-Sur Michael Formosa, kif ukoll mid-direttur mużikali tal-festival Mro Joseph Vella.

Dan il-festival ta’ mużika u arti huwa festa għal dawk kollha li jħobbu l-kultura għax iġib flimkien numru ta’ artisti biex jikkumplimentaw dan il-programm ta’ avvenimenti. Din il-varjeta’ ta’ avvenimenti ser tagħti l-opportunita’ lil dawk kollha li ser jattendu biex jghixu l-esperjenza kulturali ta’ livell għoli, li tesponi l-isbaħ elementi li toffri l-gzira Għawdxija.

Charles Borg fakkar fl-oriġni tal-festival u kif dan ta kontribut kbir fid-dijarju kulturali tal-gżejjer Maltin,  “Fis-snin li għaddew, il-festival kompla jikber grazzi għall-isforzi bla waqfien tan-nies li kienu nvoluti biex kull sena titjieb l-produzzjoni minn sena għall-oħra. Il-Bank of Valletta huwa kburi li qed jikkollabora fuq dan il-proġett għax aħna naħsbu li huwa importanti li wieħed ikollu għarfien iktar wiesgħa tal-kultura.” Huwa kkonkluda billi qal, “Dan il-festival għandu rwol importanti għax ikattar l-għarfien dwar l-istorja sinjura Għawdxija.

Michael Formosa spjega li l-festival għandu żewġ għanijiet primarji – li jkabbar l-apprezzament fil-kultura lokali fil-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll biex iservi bħala attrazzjoni oħra għal turisti kulturali. Sena wara sena, apparti li jiġġenera turiżmu intern, il-festival qed jappella għal numru ta’ viżitaturi barranin li qed jiġu  Għawdex minħabba l-festival.” Huwa spjega kif l-opra fit-Teatru Astra stabilixxit ruħha bħala l-attrazzjoni prinċipali fil-kalendarju kulturali Malti. L-opra Otello tipprometti li tkun success iehor kbir li jsegwi l-ahhar produzzjoni ta’ l-2012, Madama Butterfly li rat zewg swali ippakkjati.. Huwa kkonkluda billi qal li t-Teatru Astra u l-attivitajiet kulturali li jigu organizzati minnu huma monument għar-relta unika tal-volontarjat.

Il-programm ta’ din is-sena għandu diversi kunċerti li jvarjaw minn żfin, lectures u żjajjar fuq il-postijiet storiċi, b’riferenza għaż-żmien tal-Kavallieri, sa ċelebrazzjonijiet tal-kapolavuri ta’ Mattia Preti. Il-festival jagħti prominenza lit-tradizzjonijiet lokali u snajja speċjalment dawk marbuta mal-ikel u l-inbid.

Attrazzjoni miżjuda din is-sena hija żjara fl-Ħaġar , l-mużew state-of-the-art li sar permezz ta’ fondi tal-EU bħala parti mill-kumpless tal-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-Kunċert annwali tal-Banda Cittadina La Stella ser jaqħlaq it-12 -il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea.

Prof Joseph Vella spjega kif Otello hija waħda mill-aktar opri mportanti ta’ Verdi. Huwa spjega kif Verdi rnexxielu joħroġ sfumatura psikoloġika fil-plot mhux biss fil-partijiet prinċipali iżda ukoll fl-orkestra. Fl-orkestra rnexxielu jagħmel użu liberu ta’ temi rikurrenti. Huwa kompla jenfasizza l-importanza li wieħed jattira solisti ta’ klassi mondjali għal partijiet prinċipali u b’hekk jinħolqu standards aktar għoljin. Il-kor huwa s-sinsla tal-produzzjoni tat-Teatru Astra. Bħalma ġara fl-aħħar 16 –il sena il-managment tat-Teatru rnexxielu jġib grupp ta’ kantanti Taljani, prinċipalment mit-Teatro dell’Opera, ta’ Ruma biex jieħdu sehem bħala parti mill-kor. Din hija prattika li qed tintuża’ ukoll minn teatri oħra iżda li tpoġġi lit-Teatru Astra fuq quddiem fl-innovazzjoni u progress fid-dinja tal-opra.

Ir-rwol ta’ Otello ser jsir minn Badri Maisuradze, Jago ser jigi interpretat mill-baritonu Taljan Alessandro Paliaga, waqt li Miriam Cauchi ser tinterpreta Desdemona. Franco de Grandis jaħdem ir-rwol Lodovico, Olga Sliepnova ser tkun Emilia u Cliff Zammit Stevens ser ikanta Cassio.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (leader: Marcelline Agius) ser tieħu sehem fiż-żewġ rappreżentazzjonijiet filwaqt li d-direzzjoni artistika ser terġa’ tkun fdata f’idejn   Enrico Stinchelli, personalita importanti fi-dinja ta’ l-opra gewwa l-Italja.

It-Teatru Astra qed jingħata l-appoġġ tal-fondi pubbliċi permezz ta’ arranġament kulturali mal-Gvern Malti. Imsieħba oħra f’dan il-proġett jinkludu  Citadel Insurance, Malta International Airport, General Softdrinks Co Ltd  u l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.

Il-festival din is-sena ser isir bejn l-24 t’Ottubru u s-16 ta’ Novembru 2013.

Reservations u bookings jistgħu jsiru fuq in-numri 21550985, 79256897 jew email [email protected]. Il-websajt tal- festival www.mediterranea.com.mt. qed tagħti l-aħħar dettalji fuq l-opra u l-festival.

 Low Res Programme