Join Us On:

News Archive

“ZOO GOES NEIGHBOURS” FIT-TEATRU ASTRA

Il-Kumpanija Zoo Media & Entertainment għal darb’oħra ġiet mistiedna mis-Soċjetà Filarmonika “La Stella” biex ittella’ spettaklu ieħor fit-Teatru Astra. L-ispettaklu li din id-darba ser iġib l-isem “Zoo Goes Neighbours” ser jittella’ nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fit-8.30pm. Din ser tkun is-seba’ okkażjoni li fiha ser naraw lil dan il-grupp tant popolari fit-teatru tagħna.

Il-grupp komiku ZOO iffurmat minn Chrysander Agius, Claire Agius Ordway, Daniel Chircop u Owen Bonnici ser ikomplu jtellgħu produzzjonijiet komiċi oħra f’dan it-Teatru, u bla dubju dawn għandhom jiġbdu numru kbir ta’ nies bħalma ġara fix-shows preċedenti li saru fit-Teatru Astra. Il-bookings għal din ix-show huwa diġa’ miftuħ, u wieħed jista’ jakkwista l-biljetti billi jew iċempel fuq in-numru 79550058, jew permezz ta’ l-email [email protected]

Għal dan l-ispettaklu jistgħu jattendu biss dawk li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq. Il-biljetti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ € 11.50 (Lm4.94c). Għal aktar informazzjoni fuq dan l-ispettaklu wieħed jista’ jżur ukoll is-sit uffiċċjali ta’ ZOO: www.zoo.com.mt. Aħsbu kmieni għall-biljetti għax kif ħafna jafu, il-biljetti għax-shows ta’ ZOO jinħatfu malajr. Narawkom!