Join Us On:

News Archive

ŻEWĠ BANDISTI ĠODDA

Il-Festa tal-Kunċizzjoni ta’ din is-sena ġabet magħha ferħ doppju għall-Banda Ċittadina La Stella. L-ewwel ferħa kienet naturalment is-sehem tagħna fil-festa xitwija tal-Immakulta, li fiha din is-sena t-temp kien tassew ħanin u rnexxa kollox.  Imma din is-sena kellna ferħa oħra peress li ingħaqdu magħna żewġ bandisti ġodda; Luca Galea u Kurt Vella.

Nawguraw lil Luca u Kurt f’dan il-jum importanti għalihom u anke’ għalina li nħobbu l-Banda Ċittadina La Stella.  Il-futur tal-banda huma dawn u aħna rridu nkunu ta’ spalla għalihom  ngħinuhom  kull fejn jeħtieġ.  Prosit ukoll lill-għalliem tagħhom Michael Bonanno.

thumbnail_IMG_8391