Join Us On:

News Archive

XOGĦOL VOLONTARJU FL-AFRIKA MINN ŻAGĦŻAGĦ TAGĦNA

Ħames żagħżagħ mill-Parroċċa tagħna lejn l-aħħar ta’ dan is-sajf se jmorru jagħmlu xogħol volontarju fl-Ethiopia fi ħdan il-Moviment Ġesu fil-Proxxmu.   Bħala fund-raising activities, biex jintlaħaq dan l-għan, ġa saret attività fiċ-Ċentru Parrokkjali  nhar il-Ħadd li għadda u hemm oħrajn ġejjin.  Fostom mixja matul il-lejl b’waqfiet f’diversi knejjes iddedikati lil Ommna Marija madwar Għawdex u li tispiċċa fis-Santwarju Ta’ Pinu b’quddiesa.  Il-mixja se tkun organizzata fit-28 ta’ Ġunju 2015 u titlaq minn Pjazza San Ġorġ.

Hemm ukoll ippjanti attivitajiet oħra bħal BBQ fil-bidu ta’ Awwissu u wine & pizza fil-15 ta’ Awwissu. Tkun ħaġa sabiħa li ninkoraġġixxu lil dawn il-ħames żagħżagħ tagħna, lkoll attivi wkoll fis-Soċjetà Filarmonika La Stella, biex jiġbru somma sabiħa li biha jkunu jistgħu jwettqu ġid fl-Ethiopia.  Fuq il-banner hawn taħt wieħed jsib id-dettalji kollha tal-attività li jmiss u minn fejn tinkiseb il-formula tal-parteċipazzjoni.

nightwalk