Join Us On:

News Archive

XAHAR TA’ IMPENJI IMPORTANTI FL-EWROPA GĦAS-SURMAST VELLA

Wara l-premier tal-kunċert tiegħu għall-Piccolo, Arki u Timpani li sar fil-Manoel Theatre bil-parteċipazzjoni tal-virtuoso taljan, Nicola Mazzanti, is-Sumast Joseph Vella mar propju l-Italja biex jippresjedi l-ġurija tal- Kompetizzjoni Mużikali Nazzjonali Rospigliosi, ġewwa Pistoia.
 
Ftit wara lis-surmast insibuħ ġewwa Pariġi fejn mar biex jgħin fir-recording ta’ kunċert ieħor tiegħu, jiġifieri dak għall-Cornet and Brass Band. Dan ir-recording, li sar fir-Recording Studios tal-Orchestre de l’Isle de France, ħadu sehem fih il-kurunettista Alexis Demailly flimkien mal-Paris Brass Band, li propju huma l-istess mużiċisti li taw il-world premier ta’ dan il-kunċert ġewwa Pariġi s-sena l-oħra. Dan is-CD li se jinkludi fi
h xogħolijiet għall-kurunetta minn Rachmaninov għal Joseph Vella u qed jiġi promoss mid-ditta magħrufa tar-ram, Beson, u se jkun għal-bejgħ fis-swieq internazzjonali f’Settembru.
 
Wara l-mawra tiegħu f’Pariġi s-surmast kellu mpenn importanti ġewwa Salzburg, l-Awstrija. Hemmhekk fit-23 ta’ April għamel konferenza fuq ix-xogħol tiegħu bħala kompożitur, ġewwa l-Università ta’ Salzburg. Hu kien intervistat mill-Professur Sabine Coeulsch-Foisner u matul l-intervista ndaqqu wkoll tlett biċċiet mużika tiegħu. Punt importanti li tqajjem f’din il-konferenza kien ix-xogħol li jagħmel is-surmast fl-ambitu pjuttost ristrett ta’ Għawdex, pajjiż twelidu, u l-involviment tiegħu fit-Teatru Astra. Intwerew videos mhux biss fuq is-sbuħija naturali ta’ Ghawdex imma anke siltiet minn opri li saru fit-Teatru (Norma, Traviata, Rigoletto etc). Il-punt tal-professur Coeulsch-Foistner kien li wieħed jista jilħaqq livelli artistiċi tant għolja (u hawn wieħed kien qed jitkellem fl-ambitu ta’ Salzburg!) speċjalment meta jkun hemm l-għajnuna tal-voluntarjat, anki meta mezzi oħra huma pjuttost ristretti. L-għada, mbagħad, ġewwa il-Kunstler Haus sar kunċert fejn ġew esegwit
i tmien kompożizzjonijiet tas-Surmast –3 Songs for Phaedra klarinet), Meditation (cello -world premier), Monologo (vjolin), 6 Preludes (pjanu), Capriccio/ (vjolin u pjanu)Segments (klarinett u pjanu) Canti /(klarinet trio) u 5 Miniatures  (pjanu trio). Dan il-kunċert ġie ripetut in toto fil-25 ta’ April.
 
F’nofs ix-xahar ta’ Mejju, is-Surmast Vella se jerġa jkun l-Italja, din id-darba ġewwa Vicenza biex jippresiedi l-ġurija ta’ kompetizzjoni oħra Competizione Internazzionale di Musica, Mozart. Din il-kompetizzjoni g
ħandha interess speċjali għas-Surmast, għaliex  it-test pieces tal-kategoriji kollha (vjolin , vjolonċell, flawt, klarinet, kitarra, u pjanu) huma kollha kompożizzjonijiet tiegħu. Infatti, l-organizzaturi qed iniedu PREMIO SPECIALE JOSEPH VELLA għall-aħjar interpretazzjoni tal-biċċiet tiegħu.