Join Us On:

News Archive

XAHAR ILU KONNA FIL-FESTA …

Madwar xahar ilu konna fl-eqqel tal-festa tal-Patrun t’Għawdex, San Ġorġ Martri.  Għal benefiċċju tal-viżitaturi ta’ dan is-sit qegħdin intellgħu xi ritratti tal-avvenimenti prinċipali li kellna matul is-sitt (6) ijem ta’ festi esterni. Ir-ritratti, anke jekk mingħajr kumment, probabbilment huma biżżejjed biex għal darba oħra jiġi kkonfermat dak li darba ġie miktub dwar il-festa ta’ San Ġorġ, dik li kienet, għadha u tibqa’,  ”la piu popolare del paese”.

Kif infurmajniekom bnadi oħra, l-attività tagħna ma tispiċċax  wara l-festa. Wara li jinġabar l-armar li jkun jżejjen it-toroq tagħna jibda xogħol ieħor li jwassalna sal-Festival Mediterranea 2012 u naturalment l-opra lirika Madama Butterfly li l-bejgħ tal-biljetti għaliha sejjer tajjeb ħafna.  Isiru wkoll numru ta’ attivitajiet ta’ fund raising fosthom Ġita għall-Sqallija b’riżq il-Festa ta’ San Ġorġ li se ssir nhar it-Tnejn 27 ta’ Awwissu. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jċempel fuq 79090876.

Il-Banda tagħna tibqa impenjata minħabba n-numru kbir ta’ servizzi li jkollha fl-irħula Għawdxin.  Dawn l-impenji jibqgħu sejrin sa kważi tmiem is-sajf.  Rigward l-attivitajiet li ġejjin u l-ħidma tagħna nibqgħu nżommukom aġġornati fuq dan is-sit.