Join Us On:

News Archive

WIRJA DWAR L-ISTORJA TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar it-8 ta’Lulju infetħet wirja ġewwa t-Teatru Astra Cultural Hub dwar l-istorja tal-Festa ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria. Il-wirja tikkonsisti f’numru ta’pannelli b’noti storiċi, diversi ritratti u kuntratti antiki. It-tema prinċipali hija dwar il-kuntratt tal-Prokuratur Mercieca mat-tlett negozjanti tal-bizzilla li kienu l-protagonisti fl-iżvilupp tal-festa ta’ San Ġorġ kif nafuha illum. Din l-informazzjoni nġabret mir-riċerkatur is-Sur Anthony Farrugia. In-noti ġew ippubblikati fil-ktieb tal-festa ta’ San Ġorġ 2022.

Il-wirja fiha wkoll xi disinni minn artisti varji dwar dekorazzjonijiet marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ, kif ukoll xi puttini relatati mal-festa tagħna. Għalhekk nistiednu lil dawk id-dilettanti tal-festa ta’ San Ġorġ biex jittawlu sat-Teatru Astra u jaraw din il-wirja.

Il-wirja ser tibqa’ miftuħa sal-aħħar t’ Awwissu u l-ħinijiet tad-dħul huma bejn l-10.00am u 6.00pm. Dan l-avveniment kien possibbli bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat għall-Wirt Kulturali.

Poster