Join Us On:

News Archive

WASLET L-AIDA !

Waslet il-ġimgħa tant mistennija tal-AIDA, il-weekend tal-opra !

Dan l-aħħar ħafna ltagħu ma’ ħolqa-stedina ddur fuq is-siti soċjali, tħajjar lil dak li jkun jara dokumentarju sabiħ dwar l-opri li jsiru fil-Belt tagħna.  Dan id-dokumentarju laqat, il-gosti ta’ ħafna, l-aktar meta wieħed beda jara kif tittella’ opra minn wara l-kwinti, jerġa’ mil-lenti ta’ kif jarawha li ssir il-barranin li ġibdu dan il-filmat u li ggustawna bil-kbir għalhekk.

Hija din il-ġimgħa li qegħdin fiha, il-ġimgħa li fiha ssir l-opra fit-teatru Astra.  Din tara fiha ta’ kull sena, ġemgħa ta’ nies li jagħmlu ħilithom juru t-talenti tagħhom f’bosta oqsma marbuta mal-palk, ibda mill-bini tax-xenarju, il-vuċijiet, l-orkestra bis-surmast tagħha, id-direzzjoni aministrattiva, il-parteċipanti u tibqa’ sejjer b’kulħadd, b’dawk kollha li jagħtu sehmhom sal-għeluq tas-siparju u ankè wara.  Imma forsi dak li mhux dejjem napprezzaw, huwa li dawk li jieħdu sehem jagħmlu hekk mill-qalb, b’mod volontarju, b’sagrifiċċju, mingħajr ma wieħed jistenna xi forma ta’ ħlas jew sostenn finanzjarju.  Hija din l-għotja gratwita li tiġi mingħand ħafna, li żżomm ħajja din il-kultura fina li tirrepeti ruħa fil-Belt Victoria, minn sena għal sena.  Dan b’kumbattiment mal-ispejjeż li jintgħoġbu u ma jintgħoġbux, bilfors li jridu jsiru u bħal dejjem, dawn qatt ma jeħfiefu, imma dejjem jiżdiedu.  Ħajr għalhekk lis-sostenituri, l-awtoritajiet u lin-nies fin-negozju li ma jonqsux li jwieżnu ħidmet is-Soċjetà La Stella biex tkun tista’ tlaħħaq ma’ dan kollu u ttella’ opra, li minn isimha stess, opra hija dejjem ħaġa kbira.

Huwa għalhekk ta’ pjaċir li tara l-udjenza dieħla gala fit-teatru, sabiex tieħu minn din il-kultura ta’ fuq il-palk u tapprezzaha, li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tilħaq nies ġodda, l-aktar lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li qed titħabbeb dejjem aktar ma’ dan.  Jerġa’ l-opra tiġbed ukoll ix-xogħol lejn Għawdex, u tissarraf f’turiżmu li għandna nibżgħu għalih u nkattruh għax dan joħloq il-ġid għal kulħadd.

L-opra fit-Teatru Astra qegħda ssir bl-għajnuna tal-fond kulturali għal Għawdex immexxi mill-Malta Arts Council, Bank of Valletta plc u diversi entitajiet kummerċjali oħra.

banner-for-medit francis-james-camilleri abraham-borg festival-mediterranea-2016