WASLET IL-FESTA TA-KUNĊIZZJONI !
Fi tmiem il-ġimgħa li ġej il-Belt Victoria se tkun qed tiċċelebra l-festa għażiża ta’ Marija Immakulta, ġewwa l-Knisja ta’ San Franġisk, festa li aħna l-Ġorġjani nkunu qed nistennew b’ħerqa kbira.
Il-Banda Ċittadina La Stella għal darba oħra se tkun qed tipparteċipa f’din il-festa, kemm lejlet is-Solennità kif ukoll nhar il-festa, 8 ta’ Diċembru. Lejlet jum il-festa nieħdu sehem billi nakkumpanjaw l-istatwa tad-dimostrazzjoni u l-kant tal-Ave Maria u nibdew fil-8.30pm. Nhar il-festa l-Banda tagħna ssellem lill-Immakulata bil-kant tal-Innu Lodate Maria taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Galea. Wara, il-Banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni madwar il-Belt Victoria, fejn fost l-oħrajn indoqqu l-innu Lil Marija Immakulata tal-Prof. Joseph Vella. F’jum il-festa, l-Banda Ċittadina La Stella tibda bis-servizz tagħha fil-5.15pm.
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-Kommunità Franġiskna u lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa u nawguraw lil kulħadd il-festa t’tajba. Viva l-Immakulata Kunċizzjoni !
Għal aktar dettalji araw il-programm tal-festa.
Facebook page tal-Kommunità Franġiskana.