Join Us On:

News Archive

WARA L-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Wara li l-bieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, ġie deċiż li l-elezzjoni għall-kumitat ġenerali tas-Soċ. Filar. La Stella ssir nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar 2010, filgħodu. Għal din l-elezzjoni huma eleġibbli li jivvutaw il-bandisti residenti tas-Soċjetà La Stella. Fil-fatt fi tmiem il-laqgħa ġenerali ġiet maħtura l-kummissjoni elettorali ffurmata minn tliet bandisti: George Borg (Chairman); Andrew Formosa; u Joe Tabone. Il-kummissjoni, fil-ġranet li ġejjin ser toħroġ ukoll il-lista ta’ dawk il-bandisti kollha tas-Soċjetà li huma eliġibbli li jivvutaw skont kif stipulat fl-istatut tal-istess Soċjetà.

Intant il-Kummissjoni Elettorali bdiet tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-membri tal-kumitat ġenerali, li bħalma jsir dejjem iridu jkunu proposti u ssekondati minn bandisti residenti tas-Soċjetà La Stella. In-nominazzjonijiet kollha għandhom jaslu għand il-Kummissjoni elettorali sa nhar il-Ħamis 25 ta’ Frar. Ġimgħa wara li ssir l-elezzjoni għall-ħatra tal-kumitat il-ġdid,ikun imiss li ssir l-elezzjoni għall-President tas-Soċjetà. Din ser issir nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2010, filgħodu. 

Aktar aġġornamenti dwar l-Elezzjoni tal-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà, fil-jiem li ġejjin.