VISSI D’ARTE: PUCCINI AND DECADENCE, KTIEB ĠDID TA’ PROF. MARIA FRENDO
Is-Sibt 14 ta’ Marzu, saret it-tnedija tal-ktieb Vissi d’Arte: Puccini and Decadence, pubblikazzjoni miktuba mill-Prof. Maria Frendo, fis-Sala Joseph Vella.
L-attività nfetħet mill-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, Michael Formosa, li matul il-kelmtejn ta’ introduzzjoni enfasizza l-kontribut twil u siewi tal-Prof. Frendo lit-Teatru Astra, segwit minn diskors mill-Prof. James Corby, Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, u l-Ministru Clint Camilleri.
Il-Prof. Frendo mbagħad indirizzat lil dawk preżenti, fejn esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li kkontribwew biex din il-pubblikazzjoni ssir realtà, segwita minn interpretazzjoni tal-ktieb mill-Prof. Joe Friggieri.
L-attività ntemmet b’sessjoni ta’ ffirmar tal-kotba.
Vissi d’Arte: Puccini and Decadence ġie ppubblikat minn Klabb Kotba Maltin bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Għawdex u Ippjanar.






