Join Us On:

News Archive

VICTORIA 125 SENA BELT

Il-Banda La Stella dalgħodu immarkat mument importanti fl-istorja ta’Beltna, il-125 sena mill-għoti tal-onorifiċenza ta’ Belt lir-Rabat, permezz ta’marċ brijuż. Dan l-anniversarju hu mument storiku għal Għawdex, li ntiseġ ukoll mal-istorja tal-Banda Cittadina u s-Soċjetà Filarmonika La Stella li kienet u għadha aġent ewlieni ta’ dak kollu li tirrapreżenta u tesprimi Beltna.

Il-marċ ta’ dalgħodu li beda minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fil-qalba tal-Belt u dar maċ-ċentru storiku, hu l-ewwel impenn tal-Banda La Stella fil-kuntest ta’ dawn l-festi speċjali organizzati mill-kunsill lokali. Il-Banda La Stella daqqet marċijiet brijużi mir-repertorju mużikali tagħna li jinkludi marċijiet tas-Surmast Direttur il-Prof Joseph Vella, kompożizzjonijiet ta’ bandisti tagħha u oħrajn li kienu parti fl-aħħar set ta’ marċi tal-2011.

 
Fix-xhur li ġejjin is-Soċjetà La Stella ser tkompli tonora din r-rikorrenza storika bi
programm mużikali. Il-ġranet ta’ Mejju u Ġunju huma jiem impenjattivi għall-Banda La Stella b’servizzi diversi marbuta mal-festi tal-irħula u eventwalment mal-preparazzjoni għall-festa prinċipali ta’ gżiritna. Aktar dettalji dwar dawn jiġu rrapurtati fil-ġranet li ġejjin fuq dan is-sit.

Minn dawn il-paġni is-Soċjetà Filarmonika La Stella, filwaqt li ssellem l-memorja storika, tipprometti li tkompli tgħix dak li jagħraf lill-isimha, protagonist ewlieni fil-ħajja mużikali, artistika u soċjali mhux biss ta’ Beltna iżda ukoll ta’ Għawdex.