‘UNA LACRIMA’: CD ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI
Is-Soċ. Filar. La Stella tixtieq tħabbar li s-sett il-ġdid ta’ marċi funebri li ġie rrekordjat ftit tal-ġimgħat ilu, issa jinsab għall-bejgħ mit-Teatru Astra. Is-CD il-ġdid li jġib l-isem Una Lacrima huwa t-22 CD maħruġ mill-banda ċittadina La Stella. Dan is-sett jinkludi ħdax-il marċ funebri minn kompożituri varji, uħud ġodda u oħrajn li ġew magħżula mill-arkivju tas-Soċjeta’.
Is-sett kollu jinkludi dawn il-marċi:
Is-CD li fil-qoxra tiegħu nsibu ritratt mill-isbaħ tal-Kurċifiss meqjum fil-bażilika ta’ San Ġorġ Martri, tal-fotografu Joe Attard, qed jinbiegħ għall-prezz ta’ € 12.00. Dan is-sett ta’ marċi jindaqq għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ. Uħud minnhom jindaqqu wkoll waqt il-kunċert ta’ mużika sagra li jsir matul il-Ġimgħa Mqaddsa fl-istess bażilika.
Intant, għada l-Ħadd, il-banda tibqa’ għaddejja bil-kunċerti preparatorji għas-servizzi li għandha matul il-Ġimgħa Mqaddsa. Aktar dettalji fuq l-impenji tal-banda relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa fil-jiem li ġejjin.